IL-M.A.F.A. giet imwaqqfa mill-mibki Charles Debono, huh Frankie u ohrajn nhar it-28 ta' Ottubru 1955 waqt laqgha li nzammet fil-lukanda Mayfair fi Strada Forni , il-Belt Valletta. Fl-ewwel stagun taghha kien hemm ghaxar klabbs affiljati izda l-istagun ta' wara zdiedu bil-bosta. Il-loghab, fil-bidu, kien isir fi Creasy Ground, il-Mosta, u wara gewwa Kordin u St.Andrews li kienu tas-servizzi Inglizi. Il-finali tan-Knock out kienu jintlaghbu fl-Empire Stadium, il-Gzira.
Fil-bidu, is-seduti tal-kunsill kienu jinzammu f'hanut tal-fjuri ( Micallef Florist ) fi Strada Rjali il-Belt Valletta u wara kienu jinzammu fl-ufficju tan-Nutar Grech fi Strada Merkanti u fl-ufficju ta' Hugo Pace fi Strada Zekka.
Il-M.A.F.A. minn dejjem kellha l-inkwiet mal-M.F.A., hlief ghal ftit snin meta kienet affiljata maghha.
Ta' min isemmi li mill-M.A.F.A hargu bosta plejers u Amministraturi li ghamlu isem fil-futboll lokali.
TAJJEB LI TKUN TAF.................
IL-MIBKI IMMA QATT MINSI EX-PRESIDENT TAL-M.A.F.A.
Joe Compagno ha r-riedni tal-M.A.F.A. f'idejh meta sar President fl-1981, u baqa f'din il-kariga sa mewtu fl-1999.
Taht it-tmexxija tieghu l-M.A.F.A. kibret u ssahhet tant li kellha 44 tim affiljati maghha, maqsuma f' 4 divizjonijiet, bir-Raba' Divizjoni b'zewg sezzjonijiet.
Joe ma kienx President biss biex imexxi l-laqghat, li kien kapaci jaghmilhom interessanti u movimentati, izda kien ikun dejjem prezenti ghas-servizz tat-timijiet, kemm fil-kwartieri ta' l-ghaqda kif ukoll il-grawnd waqt il-loghob.
Kien bnieden ta zaqqu f' fommu. Tant kien genwin li ma kienx kapaci jahbi l-hsibijiet u s-sentimenti tieghu. L-argumenti kien jikolhom bhall-hobz imma kien jghaddilu malajr u ma kienx izomm f'qalbu.
Ix-xoghol li kien jaghmel bla heda ghall-gid tal-M.A.F.A. , tal-futbol Malti u tal-plejers dilettanti kien jaghmlu minghajr interessi.
Tant hu hekk li meta l-M.F.A. riedet tnaqqas id-drittijiet u l-liberta tal-plejers dilettanti, kien hu min ta quddiem li issielet u stinka favur dawn il-plejers, u sahansitra infired minn mal-M.F.A. minhabba l-principji li kellu. Ghalkemm iltaqa ma' hafna bsaten fir-roti, xorta wahda baqa sod fi twemminu u rnexxielu jeghleb kull ostaklu biex mexxa l-ideat tieghu l-quddiem, u fl-istess hin sahhah u kabbar l-ghaqda tad-dilettanti.
Waqt iz-zmien li dam President kien kapaci johloq certa armonija u hbiberija bejn it-timijiet u t-tregija. Izda ghalkemm kien habib ta' kulhadd, xorta ma kienx jiffavorixxi lil ebda tim. Kien imexxi b'onesta, serjeta u dixxiplina. Min kien ikun jisthoqqlu premju kien jaghtihulu, imma min kien ikun haqqu tbezbiza ma kienx jehlisha.
Illum ingawdu mill-hidma sfiqa tieghu u nibnu fuq il-pedamanti sodi li ghamel hu biex b' hekk ghadna fuq x' hiex inserrhu rasna li l-M.A.F.A. se tkompli miexja l-quddiem fit-triq tas-success.
Dan kien Joe Compagno, il-habib taghna u l-mexxej li kien rrispettat u mahbub minn kulhadd.