VITTORIOSA LIGHTNINGS FC

Come on the Reds

VITTORIOSA LIGHTNINGS

 
Dan il-klabb jaf il-formazzjoni tieghu lil Joseph Gellel meta fl-istagun 1979/80 sieheb lill-klabb fil-M.A.F.A. fejn konsekuttivament il-Lightnings rebhu zewg promozzjonijiet u fit-tielet stagun taghhom fil M.A.F.A. , dak tal-ewwel divizjoni il-klabb spicca runner-up, kemm fil-league , kif ukoll fin-Knock Out u rebah il-Kondotta t-Tajba.

Fis-snin ta' wara il-klabb dejjem irnexxielu jzomm postu fl-ewwel divizjoni sakemm kellu jaghlaq fl-1990. Kien biss fis-sena 1999 li fuq innizjattiva ta' Mark Spacey, Kevin Gambin, Melvin Galea u Erskine Vella li klabb rega fetah imma fuq bazi ta' 7 a-side. Fis-sena ta' wara is-sena 2000 il-klabb rega ssieheb mill-gdid fil-M.A.F.A. Fl-ewwel sena tieghu l-klabb rega' rebah il-prommozzjoni ghat-tieni divizzjoni u spicca fit-tielet post l-istagun ta' wara. Fl-istagun 2002/03 il-klabb irnexxielu jirbah il-promozzjoni ghall-ewwel divizjoni u fis-sena ta' wara rebah it-Tazza tar-Referees. Ta min isemmi ukoll li bejn 2001 u l-2004 il-player Mario Lagana ( ZICO ) rebah il - player of the year tal-M.A.F.A. tad-divizjonijiet kollha ghall-tlett snin konsekuttivi. Fis-sena 2007 il-Lightnings spiccaw runners-up fil-K.O u tilfu il-final 1-0 kontra Senglea Gunners. Fl-istagun 2007/08 Vittoriosa Lightnings rebhu l-kampjonat tat-Tieni divizjoni b'40 punt u gew promossi ghal-Ewwel Divizjoni u fl-istess sena ghal darba ohra Mario Lagana spicca player tas-sena tat-Tieni Divizjoni. Fl-istagun 2008/09 Vittoriosa Lightnings spiccaw runners-up fil-Good Conduct Cup li tilfu kontra Zejtun Red Stars. Ta min isemmi li l-ewwel loghba li laghbu Vittoriosa Lightnings intlaghbet fis-26 ta' Novembru 1978 kontra Valletta Knights u rebhu bl-iskor ta' 5-2. Din kienet l-ewwel partita mill-Kampjonat ta' taht 16 il-sena ta' Federation Football Association.

Unuri :

Stagun 2002/03 Champions tieni divizjoni , Stagun 2003/04 Rebbieha Tazza tar - Referees, Champions tat-Tieni Divizjoni 2007/08.

Kuluri tal -gerijiet :

Home : Flokk ahmar , shorts abjad , kalzetti homor

Away : Flokk ahdar , shorts ahmar , kalzetti sofor

Google